MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 61k
11.7.2016
PE585.410v01-00
 
B8-0969/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-regolamentazzjoni tal-proċess li bih l-eks-Kummissarji Ewropej jgħaddu fis-settur privat


Bernard Monot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamentazzjoni tal-proċess li bih l-eks-Kummissarji Ewropej jgħaddu fis-settur privat  
B8-0969/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi mit-28 Membru tal-Kummissjoni Barroso 2, mhux inqas minn 10 jokkupaw fil-preżent pożizzjonijiet fis-settur privat;

B.  billi jfakkar li s-Sur Barroso nnifsu għadu kif issieħeb mal-Bank Goldman Sachs, għalkemm dan il-bank kien imdaħħal fil-falsifikazzjoni tal-kontijiet fiskali Griegi fl-2001 u assoċjat mal-iskandlu tas-subprimes;

C.  billi jfakkar li bosta Stati Membri stabbilixxew proċeduri biex jikkontrollaw il-kunflitti ta’ interess tal-uffiċjali u tal-politiċi, sabiex ikunu jistgħu jaħdmu biss għall-impriżi li jkollhom awtorità fuqhom;

1.  Jinnota li ħafna Kummissarji Ewropej jinxtraw minn lobbies privati, industriji jew banek ladarba jirriżenjaw mid-dmirijiet istituzzjonali tagħhom;

2.  Jiddikjara l-ħtieġa li tiġi applikata etika professjonali ħafna aktar stretta f’dan il-qasam sabiex il-Kummissjoni tagħti l-eżempju;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw il-leġiżlazzjonijiet meħtieġa biex jipprojbixxu jew jillimitaw, b’mod partikolari billi jimponi kundizzjonijiet ta’ żmien, il-proċess li bih il-Kummissarji Ewropej jgħaddu għas-settur privat kif ukoll jissorveljaw il-livell globali tar-remunerazzjonijiet tagħhom.

Avviż legali