MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 60k
24.6.2016
PE585.411v01-00
 
B8-0970/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-talba għall-ħelsien ta' ċittadin Taljan b'kundizzjonijiet ta' saħħa serji f'ħabs fil-Mawritanja


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għall-ħelsien ta' ċittadin Taljan b'kundizzjonijiet ta' saħħa serji f'ħabs fil-Mawritanja  
B8-0970/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali stabbiliti fit-trattati Ewropej;

B.  billi Cristian Provvisionato, ċittadin Taljan, ilu miżmum f'ħabs fil-Mawritanja għal aktar minn 10 xhur mingħajr akkużi uffiċjali kontra tiegħu u billi hu jbati mid-dijabete u s-saħħa tiegħu qiegħda kostantament tmur għall-agħar minħabba n-nuqqas ta' trattament xieraq;

C.  billi Cristian Provvisionato, impjegat ta' kumpannija Milaniża, kien intbagħat fil-Mawritanja biex jissostitwixxi uffiċjal f'isem kumpannija Ingliża li tikkummerċjalizza prodotti teknoloġiċi maħsuba għall-interċettazzjoni u l-kontroll mill-bogħod ta' tagħmir elettroniku;

D.  billi d-detenzjoni ta' Cristian Provvisionato tidher dubjuża, minħabba li hija ddeterminata min-nuqqas tal-finalizzazzjoni ta' kuntratt tal-kumpanija Ingliża mal-Gvern tal-Mawritanja;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi mingħajr dewmien mal-awtoritajiet tal-Mawritanja biex titlob il-ħelsien urġenti taċ-ċittadin Taljan qabel ma l-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu jaggravaw aktar.

 

Avviż legali