MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 59k
24.6.2016
PE585.412v01-00
 
B8-0971/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar iż-żieda fit-theddidiet tat-terroriżmu Iżlamiku fl-UE


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iż-żieda fit-theddidiet tat-terroriżmu Iżlamiku fl-UE  
B8-0971/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-operazzjoni reċenti kontra t-terroriżmu li saret fis-17 ta' Ġunju 2016 fil-Belġju wasslet għall-arrest ta' 12-il persuna ssuspettati li kienu qed jippjanaw attakk matul il-kampjonat Ewropew tal-futbol fi Franza waqt il-logħba bejn il-Belġju u l-Irlanda tat-18 ta' Ġunju 2016 u attakk ieħor kontemporanjament fi Brussell;

B.  billi fil-15 ta' Ġunju 2016 il-Korp Belġjan kontra t-terroriżmu (OCAM) ħareġ twissija dwar grupp ta' militanti Iżlamiċi li telqu mis-Sirja biex iwettqu attakki fi Franza u l-Belġju, li jumejn qabel fi Franza, militant tal-ISIS qatel lil viċi kmandant tal-pulizija ġudizzjarja u lil martu, li wkoll kienet uffiċjal tal-pulizija, u li għad hemm it-theddida ta' aktar attakki min-naħa ta' militanti Iżlamiċi fl-UE;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri kontra t-terroriżmu fl-Istati Membri sabiex it-terroristi jkunu jistgħu jingħarfu u bil-għan li ssir prevenzjoni ta' aktar attakki perikolużi fl-UE.

 

Avviż legali