MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
7.5.2016
PE589.575v01-00
 
B8-0988/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' produzzjoni tal-ikel sostenibbli


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' produzzjoni tal-ikel sostenibbli  
B8-0988/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-metodi tal-produzzjoni agrikola għandhom impatt konsiderevoli fuq is-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini, fuq l-ekosistemi u fuq it-tibdil fil-klima;

B.  billi, skont il-FAO, madwar tliet kwarti tad-diversità ġenetika agrikola sparixxew matul is-seklu li għadda;

C.  billi d-domanda għal prodotti organiċi, lokali u staġjonali qed tikber b'mod kostanti;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi fil-kuntest tal-PAK il-prattiki agrikoli tajbin filwaqt li tinkoraġġixxi l-produtturi ż-żgħar jagħżlu produzzjoni tal-ikel sostenibbli b'rispett għan-natura u mingħajr OĠM;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni timpenja ruħha għal ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-pjanti u tal-annimali sabiex jiġi evitat l-isfruttament żejjed li jagħmel ħsara lill-ambjent u ma tiffavorixxix qafas ekonomiku u soċjali ta' kwalità;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-prodotti organiċi ma jkunux riżervati biss għal popolazzjoni soċjalment privileġġjata minħabba l-prezz tagħhom;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Avviż legali