MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 387kWORD 60k
16.6.2016
PE589.598v01-00
 
B8-1011/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tħaddim tat-tfal


Isabella Adinolfi

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tħaddim tat-tfal  
B8-1011/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fl-ewwel rapport tagħha dwar it-traffikar tal-bnedmin ippubblikat fid-19 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni Ewropea tiddenunzja li total ta' 15 846 persuna fl-UE, bejn l-2013 u l-2014, sfaw vittma ta' forma moderna ta' skjavitù li tista' tikkwalifika bħala traffikar tal-bnedmin;

B.  billi waħda mir-raġunijiet ewlenin għal dan il-fenomenu huwa l-isfruttament tal-ħaddiema, li jolqot l-aktar lin-nisa u lit-tfal;

C.  billi d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin tipprevedi pieni aktar ħorox f'każ li l-vittma tkun "partikolarment vulnerabbli", b'referenza ċara għall-minorenni;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri li, fil-ġlieda kontra l-isfruttament tat-tfal, jistgħu tabilħaqq iħeġġu l-kxif tal-fenomenu u jipprovdu sostenn għall-azzjoni repressiva bis-saħħa ta' programmi ta' assistenza u integrazzjoni soċjali għall-vittmi.

Avviż legali