MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
20.7.2016
PE589.599v01-00
 
B8-1012/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-imblukkar ġeografiku


Nicola Caputo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-imblukkar ġeografiku  
B8-1012/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-imblukkar ġeografiku joħloq danni enormi għall-konsumaturi u pjattaformi tal-kummerċ elettroniku;

B.  billi n-negozji l-ġodda u l-SMEs li joperaw bħala bejjiegħa bl-imnut onlajn bejn il-fruntieri fi ħdan l-UE huma biss 9 %;

C.  billi l-ostakoli diġitali jimpedixxu l-aċċess għall-kultura;

D.  billi l-imblukkar ġeografiku jinvolvi wkoll limitazzjoni tal-pubbliku u n-numru ta’ klijenti potenzjali għall-artisti u negozji ġodda Ewropej;

E.  billi dinamiżmu akbar fi tranżazzjonijiet transkonfinali għandu jistimula għadd akbar ta’ negozji ġodda fis-suq tal-Unjoni li konsegwentement iwassal għal żieda fid-dħul;

1.  iqis l-imblukkar ġeografiku bħala restrizzjoni għall-konsumaturi li, għalkemm mhijiex fiżika, xorta għandha l-istess effetti bħar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni u fuq it-tranżitu li ilhom ipprojbiti mill-UE, sabiex jiġi promoss il-moviment liberu ta’ prodotti u ta’ servizzi fi ħdan is-suq uniku;

2.  Jitlob għalhekk, lill-Kummissjoni timplimenta azzjonijiet konkreti sabiex jiġi evitat li ċerti impriżi jagħżlu li ma jservux swieq speċifiċi tal-UE jew li jipprovdu servizzi b’kundizzjonijiet differenti;

3.  jitlob ukoll l-evalwazzjoni ta’ miżuri urġenti biex jiġi rregolat aħjar il-kontenut tal-vidjows onlajn.

 

Avviż legali