MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 47k
9.9.2016
PE589.603v01-00
 
B8-1016/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja u l-estensjoni tagħhom


Marie-Christine Arnautu

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja u l-estensjoni tagħhom  
B8-1016/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Lulju 2016 biex is-sanzjonijiet tal-UE kontra l-Federazzjoni Russa jiġu estiżi sa Jannar 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Nazzjonali, is-Senat Franċiż u l-Parlament Ċiprijott, fit-28 ta' April, fit-8 ta' Ġunju u fis-7 ta' Lulju 2016 rispettivament, li jitolbu t-tneħħija tas-sanzjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Gvern Ukren juri riluttanza ekwivalenti, jekk mhux akbar, għall-kontroparti Russa tiegħu fl-applikazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk II tat-12 ta' Frar 2015;

B.  billi l-Istati Uniti jappoġġjaw l-estensjoni tas-sanzjonijiet tal-Unjoni anki jekk qed jintensifikaw l-iskambji kummerċjali tagħhom mar-Russja, għad-detriment tal-Istati Membri;

C.  billi l-embargo Russu fuq diversi prodotti tal-ikel Ewropej, deċiż b'reazzjoni għas-sanzjonijiet tal-Unjoni, jolqot b'mod iebes u inġust lil bosta produtturi Ewropej;

1.  Iqis li huwa indispensabbli li terġa' tiġi stabbilita klima paċifika bejn ir-Russja u l-Istati Membri, għal raġunijiet kemm politiċi kif ukoll ekonomiċi;

2.  Għalhekk, jistieden lill-Kunsill jirrikunsidra malajr id-deċiżjoni tiegħu tal-1 ta' Lulju 2016;

3.  Jappella biex ma jdumux ma jitneħħew is-sanzjonijiet tal-Unjoni imposti fuq ir-Russja.

Avviż legali