MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 48k
19.9.2016
PE589.604v01-00
 
B8-1017/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar politika ta' promozzjoni tar-riċiklaġġ


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar politika ta' promozzjoni tar-riċiklaġġ  
B8-1017/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta' Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart jikkostitwixxu vettur tal-ħolqien tal-impjiegi li għadu sottovalutat;

B.  billi r-riċiklaġġ jippromwovi impjiegi lokali, sostenibbli u li jirrispettaw l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jippromwovi l-inklużjoni soċjali ta' persuni żvantaġġati u b'diżabilità;

C.  billi l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għandhom jingħataw preferenza fuq l-użu tal-iskart bħala sors ta' enerġija jew ir-rimi tal-iskart;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi r-riċerka u t-teknoloġiji fir-rigward ta' prodotti durabbli, li jistgħu jintużaw mill-ġdid jew li jistgħu jiġu rriċiklati;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ lill-muniċipalitajiet sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti permezz tal-liġijiet nazzjonali u Ewropej, b'mod partikolari rata ta' riċiklaġġ 'il fuq minn 50 %;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini fir-rigward tal-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi tar-riċiklaġġ u tara li fl-istituzzjonijiet Ewropej jintużaw sistematikament prodotti, materjali u karti riċiklati sabiex jingħata eżempju tajjeb;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

(1)

ĠU L 312, 22.11.2011, p. 3

Avviż legali