MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 43k
13.9.2016
PE589.626v01-00
 
B8-1037/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-eliminazzjoni tal-kastrazzjoni tal-ħnieżer


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-eliminazzjoni tal-kastrazzjoni tal-ħnieżer  
B8-1037/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi xi għaqdiet għall-protezzjoni tal-annimali żvelaw il-prattika ta' kastrazzjoni li sseħħ f'ċerti stabbilimenti tat-trobbija tal-ħnieżer, prattika li ġġiegħel lil dawn l-annimali jbatu b'mod orribbli minħabba li ma jingħata l-ebda loppju;

 

B.  billi 25 miljun ħanżir jitrabbew kull sena fi Franza biss, prinċipalment għal laħamhom;

 

C.  billi 95 % tal-ħnieżer jitrabbew u jinżammu f'binjiet iffullati żżejjed, fuq gradilji jew fi spazji żgħar wisq, u m'għandhomx l-ispazju meħtieġ biex iġibu ruħhom b'mod naturali;

 

D.  billi din il-prattika ta' kastrazzjoni diġà hija bħalissa pprojbita f'bosta Stati Membri tal-Unjoni Ewropea;

 

E.  billi huwa urġenti li dawn il-prattiki jinġiebu fi tmiemhom, aktar u aktar billi jeżistu soluzzjonijiet alternattivi;

 

1.Jitlob lill-Kummissjoni tagħti bidu għal riflessjoni dwar kif l-eliminazzjoni tal-kastrazzjoni tal-ħnieżer tista' tiġi integrata fi strateġiji nazzjonali biex jittejjeb il-benessri tal-annimali.

 

Avviż legali