MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 47k
13.9.2016
PE589.627v01-00
 
B8-1038/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-eliminazzjoni tal-illimar tas-snien tal-ħnieżer


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-eliminazzjoni tal-illimar tas-snien tal-ħnieżer  
B8-1038/2016

Il-Parlament Ewropew,

 

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi xi assoċjazzjonijiet tal-protezzjoni tal-annimali żvelaw il-prattika tal-illimar tas-snien li sseħħ f'ċerti stabbilimenti għat-trobbija tal-ħnieżer, prattika li ġġiegħel lil dawn l-annimali jbatu b'mod orribbli;

B.  billi 25 miljun ħanżir jitrabbew kull sena fi Franza biss, prinċipalment għal laħamhom;

C.  billi 95 % tal-ħnieżer jitrabbew u jinżammu f'binjiet iffullati żżejjed, fuq gradilji jew fi spazji żgħar wisq, u m'għandhomx l-ispazju meħtieġ biex iġibu ruħhom b'mod naturali;

D.  billi huwa urġenti li dawn il-prattiki jitwaqqfu, iktar u iktar peress li jeżistu soluzzjonijiet alternattivi;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti bidu għal riflessjoni dwar kif l-eliminazzjoni tal-illimar tas-snien tal-ħnieżer tista' tiġi integrata fi strateġiji nazzjonali biex jittejjeb il-benessri tal-annimali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza