Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1046/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1046/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tal-baqar tal-ħalib

13.9.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Florian Philippot

B8-1046/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija tal-baqar tal-ħalib

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-azjenda agrikola msejħa "1 000 vaches" fis-Somme (Franza) kixfet l-abbużi li għaddejjin attwalment fit-trobbija tal-bovini u li dan it-tip ta' azjendi qegħdin jimmoltiplikaw fl-Ewropa;

B.  billi fi Franza jitrabbew 3,6 miljun baqra tal-ħalib u huma potenzjalment il-vittmi futuri ta' tali azjendi;

C.  billi, finalment, l-azjendi tat-tip "1 000 vaches" jaffettwaw lill-azjendi tal-familja u jġibu r-riskju ta' falliment lill-komunità tal-bdiewa Franċiża;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti bidu għal riflessjoni dwar kif it-trattament tal-baqar tal-ħalib jista' jiġi integrat fi strateġiji nazzjonali biex jittejjeb il-benessri tal-annimali.