Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1096/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1096/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-konsegwenzi tal-politiki ta' riforma tal-iskemi tal-irtirar f'perjodu ta' kriżi

14.9.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Florian Philippot

B8-1096/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsegwenzi tal-politiki ta' riforma tal-iskemi tal-irtirar f'perjodu ta' kriżi

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi permezz tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill jinkoraġġixxu żieda fl-età legali u effettiva tal-irtirar

 

B.billi madankollu, ħamsin fil-mija tal-persuni fi Franza ma kellhomx impjieg fil-mument li fih irtiraw;

 

C.billi, skont studju tas-CEPR (Boeri et al., 2016), ir-riforma Monti tal-2010 fl-Italja (li żiedet l-età tal-irtirar b'ħames snin għal ċerti kategoriji) hija l-kawża tal-eliminazzjoni ta' 23 % tal-impjiegi taż-żgħażagħ;

 

D.billi l-kawża tan-nuqqasijiet tal-iskemi tal-irtirar hija l-fjakkizza ekonomika artifiċjalment miżmuma minn politiki ta' awsterità totalment inadegwati;

 

1.Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieqfu jeżiġu żieda fl-età tal-irtirar, b'mod partikolari fil-perjodi ta' kważi riċessjoni;