MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 47k
1.6.2016
PE589.694v01-00
 
B8-1105/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-enerġija nukleari


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-enerġija nukleari  
B8-1105/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-enerġija nukleari fi Franza timpjega 120 000 persuna b'mod dirett, waqt li l-għadd totali ta' impjiegi diretti, indiretti u indotti hu ta' 410 000;

B.  billi l-prezz tal-enerġija nukleari attwalment huwa orħos minn dak ta' kwalunkwe tip ieħor ta' enerġija (uranju, trasport, l-ammont żgħir ta' art li tintuża, eċċ.);

C.  billi l-enerġiji rinnovabbli, bħall-enerġija mir-riħ jew mix-xemx, jinvolvu dumping soċjali u ambjentali (joriġinaw mill-Asja), huma sussidjati żżejjed u ma jistgħux jaħdmu l-ħin kollu minħabba li jiddependu mit-temp;

D.  billi tipi oħra ta' enerġija, bħall-impjanti tal-enerġija mill-faħam u l-linjite, iniġġsu ħafna u jikkawżaw madwar 22 000 mewt fl-Ewropa u 1 000 fi Franza, u jwaddbu fl-arja 300 miljun tunnellata ta' CO2;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tniedi studju ċar u indipendenti dwar il-vantaġġi tal-enerġija nukleari u l-oqsma li jistgħu jittejbu f'termini ta' sikurezza jew l-investimenti li jridu jitwettqu;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tieqaf tissussidja l-enerġiji rinnovabbli u sorsi oħra ta' enerġija niġġiesa biex tirriloka l-investimenti meħtieġa fl-enerġija nukleari;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza