Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-1111/2016Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-1111/2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-programm ta' appoġġ għar-riformi u l-involviment tal-Istati Membri

29.9.2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Martin

B8-1111/2016

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-programm ta' appoġġ għar-riformi u l-involviment tal-Istati Membri

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-programm ta' appoġġ għar-riformi huwa għajnuna teknika proposta lill-Istati Membri li japplikaw għaliha għand il-Kummissjoni;

B.  billi din l-għajnuna trid tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali rakkomandati fil-qafas tas-Semestru Ewropew u li fil-prinċipju tirrigwarda azzjonijiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew u jridu jippermettu li jsir użu, bl-aħjar sinerġija possibbli, mill-fondi ta' koeżjoni;

C.  billi dan il-mekkaniżmu jimmira essenzjalment li jirfed ir-riformi fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-protezzjoni soċjali u tas-saħħa;

1.  Jesiġi li dan il-mekkaniżmu ma jsirx mezz li bih il-Kummissjoni timponi riformi li fir-realtà ma jkunux mixtieqa mill-Istati Membri.