Proċedura : 2016/2933(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-1123/2016

Testi mressqa :

B8-1123/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2016 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 398kWORD 48k
21.11.2016
PE589.719v01-00
 
B8-1123/2016

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (2016/2933(RSP))


Mario Borghezio, Mylène Troszczynski, Marie-Christine Arnautu f'isem il-Grupp ENF

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (2016/2933(RSP))  
B8-1123/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-25 ta' Novembru 2015 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ostilitajiet fis-Sirja qed jikbru u jiħraxu u qed jikkawżaw għadd kbir ta' vittmi ċivili;

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakki kollha fuq il-persuni ċivili u fuq l-infrastruttura ċivili;

2.  Jinnota li l-Unjoni Ewropea qed tikkonċentra prinċipalment fuq l-aspetti umanitarji tal-kunflitt; huwa mħasseb li l-għajnuna umanitarja tista' tiġi ddevjata biex jibbenefikaw minnha gruppi terroristiċi;

3.  Jenfasizza r-rwol ambigwu tat-Turkija – li l-għan ewlieni tagħha hu li twaqqaf l-espansjoni tal-milizji Kurdi aktar milli tiġġieled l-ISIS fit-territorju tas-Sirja – fil-kunflitt Sirjan;

4.  Jinnota li żejt mit-territorji kkontrollati mill-ISIS qed jiġi esportat lejn it-Turkija, biex b'hekk jipprovdi finanzjament addizzjonali għal attivitajiet terroristiċi fis-Sirja, fl-Ewropa u fi bnadi oħra;

5.  Jikkundanna l-appoġġ tat-Turkija għal gruppi tal-oppożizzjoni li ġew infiltrati minn ġellieda ġiħadisti;

6.  Jikkundanna konsenji ta' armi u kwalunkwe forma oħra ta' appoġġ lill-ISIS, lil Jabhat Fateh al-Sham (grupp li qabel kien magħruf bħala al-Nusra) u lil gruppi ġiħadisti oħra fis-Sirja;

7.  Huwa mħasseb dwar rapporti minn sorsi tal-intelligence li l-grupp ISIS qed jippjana attakki bil-gass kimiku kontra l-forzi militari u l-popolazzjoni ċivili fil-Lvant ta' Aleppo;

8.  Iħeġġeġ lill-parteċipanti kollha fil-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja biex jissuktaw in-negozjati bil-għan li jiffaċilitaw tregwa stabbli u jintensifikaw il-ħidma għas-sejbien ta' soluzzjoni politika dejjiema fis-Sirja;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.

Avviż legali