Proċedura : 2016/2981(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-1220/2016

Testi mressqa :

B8-1220/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 411kWORD 66k
11.11.2016
PE593.646v01-00
 
B8-1220/2016

imressqa skont l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar talba għal opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-ftehim propost bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) (2016/2981(RSP))


Jan Philipp Albrecht, Tiziana Beghin, Kostas Chrysogonos, Marian Harkin, Heidi Hautala, Anneli Jäätteenmäki, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Gabriele Zimmer, Helmut Scholz, Anne-Marie Mineur, Eleonora Forenza, Marisa Matias, Kostadinka Kuneva, Martina Anderson, Josu Juaristi Abaunz, Merja Kyllönen, Neoklis Sylikiotis, Malin Björk, Stefan Eck, Martina Michels, Kateřina Konečná, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat, Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Matt Carthy, Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Isabella Adinolfi, Marco Affronte, Laura Agea, Marco Zullo, Eleonora Evi, Piernicola Pedicini, Rosa D'Amato, Dario Tamburrano, Ignazio Corrao, David Borrelli, Marco Valli, Marco Zanni, Daniela Aiuto, Benedek Jávor, Bas Eickhout, Julia Reda, Molly Scott Cato, Michael Cramer, Bodil Valero, Philippe Lamberts, Claude Turmes, Ska Keller, Linnéa Engström, Max Andersson, Florent Marcellesi, Yannick Jadot, Karima Delli, Pascal Durand, Eva Joly, Michèle Rivasi, José Bové, Jude Kirton-Darling, Julie Ward, Theresa Griffin, Maria Noichl, Agnes Jongerius, Karoline Graswander-Hainz, Emmanuel Maurel, Guillaume Balas, Ana Gomes, Dietmar Köster, Edouard Martin, Karin Kadenbach, Marc Tarabella, Elly Schlein, Sergio Gaetano Cofferati, Josef Weidenholzer, Hugues Bayet, Virginie Rozière, Eugen Freund, Tibor Szanyi, Lucy Anderson, Anneliese Dodds, Ismail Ertug, Paul Tang, Afzal Khan, Pier Antonio Panzeri, Isabelle Thomas, Eric Andrieu, Maria Arena

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar talba għal opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-trattati tal-ftehim propost bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) (2016/2981(RSP))  
B8-1220/2016

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ftehim propost bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada fuq naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-paragrafi 6 u 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-27 ta' April 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim ta' Integrazzjoni Ekonomika mal-Kanada f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

B.  billi fit-12 ta'Settembru 2011, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-modifikazzjoni tad-direttivi ta' negozjar għal Ftehim ta' Integrazzjoni Ekonomika mal-Kanada sabiex il-Kummissjoni tiġi awtorizzata tinnegozja, f'isem l-Unjoni, dwar l-investiment;

C.  billi n-negozjaturi lestew in-negozjati dwar is-CETA f'Awwissu 2014, u lestew l-analiżi legali fid-29 ta' Frar 2016;

D.  billi t-test tal-ftehim ippreżentat lill-Kunsill sabiex jiġi konkluż, iffirmat u applikat provviżorjament fih kapitolu dwar l-investiment (Kapitolu tmienja), li jinkludi, fost l-oħrajn, taqsima dwar il-protezzjoni tal-investiment (Taqsima D) u taqsima dwar ir-riżoluzzjoni ta' tilwim dwar investiment bejn l-investituri u l-istati (Taqsima F);

1.  Huwa tal-fehma li hemm inċertezza legali dwar jekk il-ftehim propost huwiex kompatibbli mat-Trattati, b'mod partikolari l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikoli 49, 54, 56, 267 u 340 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

2.  Jiddeċiedi li jitlob l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim previst mat-Trattati;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jikseb l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizja u biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

COM(2016)0443.

Avviż legali