MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
29.9.2016
PE593.667v01-00
 
B8-1236/2016

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-inugwaljanzi fl-iżvilupp ekonomiku bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea


Dominique Martin

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-inugwaljanzi fl-iżvilupp ekonomiku bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea  
B8-1236/2016

Il-Parlament Ewropew,

 

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.billi skont studju ppubblikat fit-18 ta' Awwissu 2016 mill-Fondazzjoni Bertelsmann, id-diskrepanzi fl-iżvilupp ekonomiku bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kibru;

B.billi l-Istati Membri tat-Tramuntana għandhom prestazzjonijiet ekonomiċi aħjar meta mqabbla mal-Istati Membri tan-Nofsinhar tal-Unjoni, li huma vittmi tal-kriżi u tal-politika ta' awsterità, u billi hemm it-tendenza, madankollu, li dawn l-inugwaljanzi ekonomiċi jkomplu jiżdiedu f'dawn l-Istati kollha;

C.billi r-rapport jenfasizza wkoll il-piż tal-politika ta' akkoljenza tar-rifuġjati imposta mill-Unjoni;

1.  Jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi studju dwar il-piż tal-akkoljenza tar-refuġjati fuq in-nefqa pubblika tal-Istati Membri.

Avviż legali