MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 47k
3.1.2017
PE596.714v01-00
 
B8-0005/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-Paenibacillus sp. LC231


Mireille D'Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Paenibacillus sp. LC231  
B8-0005/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-reżistenza għall-antibijotiċi tista' tikkaġuna l-mewt ta' 10 miljun ruħ kull sena sal-2050;

B.  billi huwa ġeneralment rikonoxxut li batterju jsir reżistenti għall-antibijotiċi permezz ta' adattamenti li jirriżultaw minn espożizzjoni għal antibijotiku partikolari;

C.  billi madankollu studju ppubblikat f'"Nature Communications" (8.12.2016) u mmexxi mill-Universitajiet ta' Akron, fl-Ohio, l-Istati Uniti u dik ta' McMaster fil-Kanada, jindika li batterju li ġej minn ekosistema li tmur lura għal madwar erba' miljun sena, fl-Għar ta' Lechuguilla (New Mexico, l-Istati Uniti tal-Amerika) u relatat mal-ġeneru ta' Paenibacillus (il-"Paenibacillus sp. LC231"), deher li huwa reżistenti għal 26 antibijotiku minn 40 li ġew ittestjati;

D.  billi l-Paenibacillus sp. LC231 huwa simili għall-batterja Paenibacillus li tinsab fuq l-art u li għandha minn tal-inqas 12 mill-istess ġeni reżistenti għall-antibijotiku;

1.  Jissottolinja li din is-sejba tpoġġi f'dubju suppożizzjonijiet xjentifiċi dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi u li r-riċerka dwar batterji primittivi tagħmilha possibbli li jiġu identifikati l-kawżi ta' reżistenza għall-antibijotiċi;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, permezz tal-programmi ta' riċerka u permezz tal-aġenziji kompetenti, biex tappoġġa r-riċerka dwar il-kawżi ta' reżistenza għall-antibijotiċi.

Avviż legali