Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0011/2017Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0011/2017

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar "il-Mediċina Personalizzata", u t-trattament tal-lewkimja

3.1.2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mireille D’Ornano

B8-0011/2017

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar "il-Mediċina Personalizzata", u t-trattament tal-lewkimja

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-2012 ġew dijanjostikati 14-il miljun kanċer ġdid u l-lewkimja hija t-tnax-il tip ta' kanċer l-aktar prevalenti fl-Ewropa b'82 300 dijanjożi fl-2012, kontra 352 000 madwar id-dinja;

B.   billi l-lewkimja hija t-8 kawża ta' mwiet marbuta mal-kanċer fl-Ewropa u l-10 waħda globalment (53 800 mewta fl-2012 fl-Ewropa u 265 000 fid-dinja kollha) u t-trattament tagħha jikkonsisti essenzjalment mill-kemoterapija, li tilħaq rati ta' suċċess importanti (70 % għal 80 %), iżda ġġib magħha effetti sekondarji severi;

C.  billi l-programmi ta' riċerka dwar l-ġenoma umana għadhom għaddejjin (Wellcome Trust Sanger Institute, ir-Renju Unit) u jippermettu l-adattament tat-trattamenti kontra l-kanċer; u billi Rete Ematologica Lombarda (l-Italja) tuża metodi bħal dawn;

1.  Jinnota li l-mediċina personalizzata tirrappreżenta progress terapewtiku li jippermetti li jittejjeb il-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-trattament ta' mard serju;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja r-riċerka dwar il-mediċina personalizzata, b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' metodi ta' dijanjosi rigorużi.