MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 47k
3.1.2017
PE596.737v01-00
 
B8-0027/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħosba


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħosba   
B8-0027/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ħosba hija infezzjoni virali li tikkonsisti minn raxx fil-ġilda li jista' jikkawża l-panenċefalite sklerosanti subakuta ("panenċefalite");

B.  billi, skont studju tal-Università tal-Kalifornija (tat-28 ta' Ottubru 2016), il-prevalenza tal-panenċefalite mistennija tkun ogħla mill-istimi preċedenti: 1:1367 għat-tfal ta' età inqas minn ħames snin u 1:609 għat-trabi ta' età inqas minn tnax-il xahar li taqbadhom il-ħosba;

C.  billi, skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, 1 818-il każ ta' ħosba ġew dijanjostikati fl-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Lulju 2015 u t-30 ta' Ġunju 2016 u billi inqas minn 75 % kienu dovuti għan-nuqqas ta' vaċċinazzjoni (tilqim);

D.  billi l-kopertura vaċċinali kontra l-ħosba fl-Unjoni Ewropea hija 95 % fi ħmistax-il Stat Membru u billi l-fatt li l-ħosba reġgħet faqqgħet x'aktarx huwa essenzjalment dovut għall-persuni li joriġinaw minn barra jew li għexu barra;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-ħosba fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Avviż legali