MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 47k
9.1.2017
PE596.743v01-00
 
B8-0033/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-regolamentazzjoni tat-tbiċċir tal-baqar emerġenti fi stat ta’ ġestazzjoni


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamentazzjoni tat-tbiċċir tal-baqar fi stat ta’ ġestazzjoni  
B8-0033

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-regolament tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, f’ħafna biċċeriji Ewropej, baqar fl-aħħar stadji tal-ġestazzjoni huma mbiċċra u l-fetu tagħhom jintrema fl-iskart, filwaqt li xi wħud minnhom ikunu ffurmati bis-sħiħ;

B.  billi din il-prattika hija legali u hija mifruxa għal raġunijiet ekonomiċi, billi baqra fi stat ta’ ġestazzjoni tkun itqal u għalhekk tinbiegħ bi prezz ogħla;

C.  billi, skont l-EFSA, studji li saru fil-Ġermanja, fl-Italja, fil-Belġju u fil-Lussemburgu jindikaw li bejn 10 % u 15 % tal-baqar ikunu fi stat ta’ ġestazzjoni fil-mument tal-qatla;

D.  billi r-Regolament Ewropew tat-22 ta’ Diċembru 2004 diġà jipprojbixxi t-trasport jew it-tbiċċir ta’ annimali fi stat ta’ ġestazzjoni li jkunu jinsabu lil hinn minn 90 % tal-perjodu ta’ ġestazzjoni;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Istati Membri, tniedi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar dawn il-prattiki;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi lill-Istati Membri biex jipprojbixxu t-tbiċċir ta’ kull baqra li tinsab fl-aħħar tliet xhur tal-ġestazzjoni tagħha.

Avviż legali