MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 46k
9.1.2017
PE596.745v01-00
 
B8-0035/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-iżvilupp ta' bastimenti għat-tindif


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp ta' bastimenti għat-tindif  
B8-0035/2017

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 11, 191, u 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi għandhom jittieħdu azzjonijiet konkreti mill-aktar fis possibbli biex titwaqqaf il-konġestjoni tal-oċeani mill-plastik, li tikkostitwixxi sfida ambjentali estremament inkwetanti;

B.  billi flotta waħda ta' "bastimenti għat-tindif" tkun biżżejjed biex tiġbor parti kbira tal-plastik fl-oċean, qabel ma dan jegħreq u ma jkunx jista' jinġabar aktar;

C.  billi fi Franza l-assoċjazzjoni "The Sea Cleaners" nediet il-proġett Manta sabiex toħloq bastiment bil-qlugħ b'erbat ibwieq ta' 60 metru, b'wisa' li tista' tilħaq it-72 metru permezz ta' xtiebi teleskopiċi li jxattbu l-ilma ta' 1,5  metru fond, u li se jkun jista' jiġbor 100 tunnellata ta' plastik u jaħżen 600 m³ ta' skart abbord, f'reċipjenti pprovduti għal dan l-għan;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġa l-proġetti kollha serji għall-iżvilupp ta' bastimenti li jnaddfu b'mod effikaċi l-oċeani mill-iskart tal-plastik.

 

Avviż legali