Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0046/2017Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0046/2017

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-Clostridium difficile u r-reżistenza għall-antibijotiċi

5.1.2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mireille D’Ornano

B8-0046/2017

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Clostridium difficile u r-reżistenza għall-antibijotiċi

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Clostridium difficile hija speċi ta' batterja tal-ġeneru ta' Clostridium li tikkawża, partikolarment minħabba żewġ enterotossini, infezzjonijiet fis-sistema diġestiva, speċjalment minħabba l-kuntatt ma' antibijotiċi bħalma huma l-florokwinoloni;

B.  billi s-sintomi tal-infezzjoni Clostridium difficile jvarjaw minn dijarea għad-distensjoni intestinali (20 % tal-każijiet) u anki għall-imblukkar intestinali li jeħtieġ kolonektomija totali b'rata ta' mortalità ta' wara l-operazzjonijiet ta' 67 %;

C.  billi l-infezzjoni Clostridium iseħħ ta' spiss f'ambjent mediku, peress li r-rata ta' kolonizzazzjoni tal-flora fil-musrana mill-batterji hija ta' 20 % għal 40 % fost l-adulti li jiddaħħlu l-isptar, meta mqabbla ma' 2-3 % fost il-popolazzjoni ġenerali;

D.  billi, skont bosta studji, il-batterju Clostridium difficile huwa preżenti fil-laħam ipproċessat, u studju tal-Università ta' Arizona (l-Istati Uniti, 2007) juri li l-prevalenza tal-batterju fil-laħam ipproċessat nej hija ta' 47,8 %;

1.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida dwar il-Clostridium difficile u, fejn xieraq, dwar l-użu ta' antibijotiċi fit-trobbija tal-bhejjem.