MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 47k
10.1.2017
PE596.772v01-00
 
B8-0062/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-riskji sismiċi relatati mal-estrazzjoni tal-gass tax-shale


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riskji sismiċi relatati mal-estrazzjoni tal-gass tax-shale  
B8-0062/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 11, 191, u 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'Jannar 2016, Total ġiet riallokata permess għar-riċerka dwar ir-riżervi tal-gass tax-shale fid-dipartimenti ta' Drôme u Ardèche, fi Franza;

B.  billi f'Settembru 2016, il-kumpanija Żvizzera Pétrosvibri għamlet testijiet ta' estrazzjoni tal-gass tax-shale fir-reġjun tal-Lag Léman, u dan qanqal rabja profonda fost l-Iżvizzeri u s-Savoyards;

C.  billi f'Marzu u f'Mejju 2016, l-Istitut Amerikan tal-Ġeoloġija esprima tħassib dwar ir-riskji sismiċi kbar marbuta mal-fratturazzjoni idrawlika tas-sottoswoli u għall-mili tagħhom mill-ilma mormi;

D.  billi fl-2015 biss u wara dawn l-estrazzjonijiet, ġew reġistrati fl-Istati Uniti aktar minn 900 terremot b'intensità ta' aktar minn 4;

E.  billi l-Kummissjoni spiss semmiet fil-Komunikazzjonijiet tagħha dwar il-gass tax-shale, ir-riskji għas-saħħa u dawk ambjentali marbuta mat-tniġġis u mat-tisħin globali, speċjalment dawk marbuta mal-emissjoni tal-metan;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis ir-riskji sismiċi marbuta mal-estrazzjoni tal-gass tax-shale billi tippubblika studju xjentifiku dwar l-iskala tal-problema;

2.  Iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tirrevedi l-istrateġija tagħha għas-sigurtà tal-enerġija li tippromwovi l-importazzjoni tal-gass tax-shale li ġej mill-Istati Uniti.

Avviż legali