MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 386kWORD 47k
11.1.2017
PE598.420v01-00
 
B8-0112/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-rekrudexxenza tal-gotta


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rekrudexxenza tal-gotta  
B8-0112/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-gotta hija marda kronika kkawżata mill-konċentrazzjoni ta’ aċidu uriku fid-demm u li hija kkaratterizzata minn artrite li tikkawża wġigħ u li tista' toħloq kumplikazzjonijiet, bħalma hija l-insuffiċjenza tal-kliewi fatali;

B.  billi l-prevalenza tal-gotta hija ta’ 1 % fil-livell dinji u ta’ 5 000 għal kull 100 000 fl-Istati Uniti u billi, skont il-BBC (16 ta’ Jannar 2014), huwa affettwat minnha wieħed minn kull 40 adult; billi din il-prevalenza qed tiżdied b'4 % kull sena;

C.  billi l-ikel, f’mill-anqas 12 % tal-każijiet, huwa fl-oriġini tal-kriżijiet tal-gotta u billi l-konsum tal-alkoħol u ta' xarbiet li fihom iz-zokkor miżjud huwa fattur ta’ riskju;

D.  billi aktar minn nofs il-popolazzjoni Ewropea għandha piż żejjed u billi l-piż żejjed huwa fattur ta’ riskju għall-gotta;

1.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tqajjem kuxjenza fost il-popolazzjonijiet Ewropej dwar id-dieta bbilanċjata u tistabbilixxi sorveljanza tal-gotta mill-aġenziji Ewropej kompetenti.

Avviż legali