MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 49k
24.1.2017
PE598.439v01-00
 
B8-0128/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-kompromessi mill-istituzzjonijiet Ewropej mal-Iżlam radikali


Marie-Christine Arnautu

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kompromessi mill-istituzzjonijiet Ewropej mal-Iżlam radikali  
B8-0128/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet Iżlamiċi fl-Ewropa (FIOE(1)) hija membru tal-Forum tal-Organizzazzjonijiet taż-Żgħażagħ u tal-Istudenti Musulmani Ewropej (FEMYSO(2));

B  billi l-FIOE, li minnha oriġinat l-UOIF fi Franza, ħolqot il-Kunsill Ewropew għall-Fatwa u r-Riċerka (CEFR), immexxi minn Youssef Al Qaradawi(3) u għandu l-inkarigu li jipperswadi lill-awtoritajiet Ewropej biex jadattaw l-applikazzjoni tal-liġi tax-Sharia għall-kuntest lokali;

C.  billi l-FEMYSO hija estensjoni tal-Fratellanza Musulmana(4);

D.  billi l-FEMYSO hija organizzazzjoni rikonoxxuta u ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea(5), u ngħatat smigħ fil-Parlament Ewropew;

E.  billi l-FEMYSO, l-FIOE u s-CEFR huma l-portavuċi tal-Iżlam radikali fil-qalba tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-gvernijiet nazzjonali, bl-iskuża tal-ġlieda kontra l-Iżlamofobija u tal-adattament tal-Iżlam għall-użanzi tal-Punent;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea taqta' kull rabta ma' dawn l-organizzazzjonijiet.

(1)

FIOE = Federation of Islamic Organizations in Europe.

(2)

FEMYSO = Forum of European Muslim Youth and Student Organisations.

(3)

Teologu li kien membru tal-Fratellanza Musulmana u huwa magħruf għar-rabtiet tiegħu mat-terroriżmu Iżlamiku.

(4)

Organizzazzjoni kkunsidrata bħala waħda terroristika minn bosta pajjiżi u li l-motto tagħha huwa "Allah huwa l-għan tagħna, il-Profeta huwa l-mexxej tagħna, il-Qoran il-liġi tagħna, il-ġiħad it-triq tagħna, il-martirju l-akbar tama tagħna".

(5)

Fl-2015, l-FEMYSO rċeviet EUR 28 000 mill-istituzzjonijiet Ewropej għal stima tal-ispejjeż annwali marbuta mal-attivitajiet koperti mir-reġistru ta' trasparenza ta' inqas minn EUR 10 000.

Avviż legali