MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 395kWORD 47k
26.1.2017
PE598.442v01-00
 
B8-0131/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-appoġġ għall-preservazzjoni tal-patrimonju ta' minoranzi etniċi fl-Ewropa


Antanas Guoga, Hannu Takkula, Ramon Tremosa i Balcells, Marc Tarabella, Charles Tannock

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għall-preservazzjoni tal-patrimonju ta' minoranzi etniċi fl-Ewropa  
B8-0131/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ugwaljanza bejn l-individwi hija valur ċentrali tal-Unjoni Ewropea, li tfittex li tiżgura drittijiet ugwali u t-tgawdija ugwali tad-drittijiet għall-individwi kollha li jgħixu fl-Ewropa;

B.  billi d-diversità kulturali hija waħda mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif minqux fl-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jgħid li "l-Unjoni tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika";

1.  Jenfasizza li r-rispett għad-diversità kulturali huwa element essenzjali tal-isforzi biex ikunu nkoraġġiti d-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitti;

2.  Jitlob lill-Unjoni tiddikkjara b'mod ċar li l-minoranzi etniċi fl-Ewropa, bħal-Lhud, il-Karajti tal-Krimea, is-Sami, ir-Roma u l-Musulmani, jkollhom id-dritt li jaraw li l-wirt kulturali tagħhom ikun rispettat u protett f'kull Stat Membru;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni lill-munumenti, il-bini, iċ-ċimiterji u l-oġġetti ta' kuljum li huma ta' importanza kbira għall-wirt kulturali ta' popli f'minoranza, u biex ikunu impenjati li jsaħħu l-kooperazzjoni billi jinkluduhom f'kull proċess ta' teħid ta' deċiżjoni li jaffettwa l-wirt kulturali tagħhom.

 

Avviż legali