MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 405kWORD 46k
6.2.2017
PE598.449v01-00
 
B8-0138/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza, ir-reliġjon u ċ-ċittadinanza


Antanas Guoga, Michał Boni, Lynn Boylan, Péter Niedermüller, Hugues Bayet, Tiemo Wölken, Seb Dance, Hilde Vautmans, Marc Tarabella, Dietmar Köster, Brian Hayes, Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Tibor Szanyi, Sajjad Karim, Ramon Tremosa i Balcells, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Nessa Childers, Alfred Sant, Ismail Ertug, Bronis Ropė, Zigmantas Balčytis, Nicola Caputo, Mady Delvaux, Catherine Stihler, Jordi Solé, Beatriz Becerra Basterrechea, Pascal Arimont, Jasenko Selimovic, Gabriele Preuß, Julie Ward, Stefan Eck, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Seán Kelly, Eleonora Forenza, Luke Ming Flanagan, Jonás Fernández, Jeppe Kofod, Molly Scott Cato, Udo Bullmann, Lefteris Christoforou, Helga Trüpel, Georges Bach, Miltiadis Kyrkos, Georgi Pirinski, Gunnar Hökmark, Sirpa Pietikäinen, Francisco Assis, Ivan Štefanec, Jo Leinen, Liisa Jaakonsaari, Josu Juaristi Abaunz, Martina Anderson, Christel Schaldemose, Petras Auštrevičius, Anna Maria Corazza Bildt, Doru-Claudian Frunzulică, Margrete Auken, Benedek Jávor, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Sophia in ‘t Veld, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthijs van Miltenburg

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza, ir-reliġjon u ċ-ċittadinanza  
B8-0138/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 14(1) tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33(1) tal-Konvenzjoni tar-Rifuġjati tal-1951,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi pajjiżi, inklużi l-Istati Uniti tal-Amerka (l-Istati Uniti), li ffirmaw u rratifikaw id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u l-Protokoll tal-1967 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, huma obbligati li jirrispettaw l-istat tad-dritt internazzjonali dwar ir-rifuġjati;

B.  billi fis-27 ta' Jannar 2017 il-President tal-Istati Uniti ffirma digriet eżekuttiv li jipprojbixxi liċ-ċittadini ta' seba' pajjiżi b'maġġoranza Musulmana milli jidħlu fl-Istati Uniti għal perjodu ta' 90 jum u li jissospendi s-sistema tar-rifuġjati tal-pajjiż għal perjodu ta' 120 jum;

1.  Jenfasizza li r-rispett għad-diversità kulturali huwa element essenzjali fil-promozzjoni tad-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitti;

2.  Jisħaq li l-ġlieda deċiżiva kontra t-terroriżmu ma tiġġustifikax suspett ġenerali fil-konfront ta' persuni ta' ċerta oriġini jew reliġjon;

3.  Jistieden lill-UE tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza, ir-reliġjon jew iċ-ċittadinanza tal-persuni li jfittxu asil, li hija ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

Avviż legali