Proċedura : 2017/2525(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0141/2017

Testi mressqa :

B8-0141/2017

Dibattiti :

PV 15/02/2017 - 4
CRE 15/02/2017 - 4

Votazzjonijiet :

PV 15/02/2017 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 402kWORD 49k
8.2.2017
PE598.465v01-00
 
B8-0141/2017

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-konklużjoni tas-CETA UE-Kanada (2017/2525(RSP))


Edouard Ferrand, Marcel de Graaff, Marine Le Pen, Georg Mayer, Franz Obermayr, Matteo Salvini, Harald Vilimsky f'isem il-Grupp ENF

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konklużjoni tas-CETA UE-Kanada (2017/2525(RSP))  
B8-0141/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-prinċipju ta' prekawzjoni bħala wieħed mill-pilastri komuni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent kif previst fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra(1),

–  wara li kkunsidra d-diversi inizjattivi li ttieħdu minn ċittadini Ewropej u Kanadiżi kontra l-Ftehim,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2017 dwar il-konklużjoni tas-CETA UE-Kanada,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-rawnds tan-negozjati dwar is-CETA kienu kkaratterizzati, sa mill-bidu tagħhom, minn nuqqas serju ta' trasparenza, u dan għamilha diffiċli għall-pubbliku u għar-rappreżentanti tagħhom eletti demokratikament biex isegwu b'mod attiv it-taħditiet li jkunu għaddejjin;

B.  billi l-implimentazzjoni furzata tal-proċedura tas-soluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u stati (ISDS) għadha problema serja peress li din tagħti lok għal sistema ta' ġustizzja parallela, li tippermetti intrapriżi b'saħħithom jattakkaw wieħed mill-pilastri fundamentali għas-sovranità tal-Istati Membri: l-istat tad-dritt;

C.  billi l-infurzar tal-prinċipju ta' prekawzjoni fil-qafas tas-CETA ma jistax jiġi żgurat;

D.  billi l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' diversi fergħat tal-agrikoltura Kanadiża huma ferm aktar baxxi minn dawk tal-produtturi Ewropej, bħal fil-każ ta' produtturi li joperaw fil-qasam tat-trobbija tal-bhejjem, u b'hekk dan jhedded l-eżistenza tagħhom;

E.  billi l-istituzzjonijiet li jenħtieġ li jiġu stabbiliti skont il-ftehim CETA huma ta' karattru supranazzjonali u mhumiex suġġetti għal kontroll demokratiku miċ-ċittadini tal-UE, kif enfasizzat mill-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża fir-rigward tal-Kumitat Konġunt tas-CETA;

1.  Jikkunsidra li ma jagħtix il-kunsens tiegħu għas-CETA;

 

2.  Jenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa għal dibattitu pubbliku qabel ma jibdew xi negozjati kummerċjali ulterjuri oħra, flimkien ma' definizzjoni ċara ta' standards indisputabbli, bil-prinċipju ta' prekawzjoni jikkostitwixxi biss eżempju wieħed;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-parlament u l-gvern tal-Kanada.

(1)

EMPL_AD(2016)593983.

Avviż legali