MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 420kWORD 47k
7.3.2017
PE598.580v01-00
 
B8-0240/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-aċċessibilità għall-prodotti u s-servizzi


Joëlle Mélin, Mylène Troszczynski, Marie-Christine Arnautu, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-aċċessibilità għall-prodotti u s-servizzi  
B8-0240/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015(1).

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-aċċessibilità għall-prodotti u s-servizzi għall-persuni b'diżabilità jenħtieġ li tkun prijorità għall-Istati Membri;

B.  billi l-abbozz ta' reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u s-servizzi jimmira lejn armonizzazzjoni li hija impossibbli fil-livell tal-Unjoni minħabba d-differenzi ewlenin bejn l-Istati f'dan ir-rigward;

C.  billi din ir-reviżjoni hija fir-riskju li tiġi superata saħansitra qabel l-applikazzjoni tagħha;

D.  billi din ir-reviżjoni tad-direttiva ma tindirizzax fil-fond l-aspett ta' importanza kbira li huwa l-finanzjament, li għandu jiġi sostnut mill-atturi kkonċernati;

E.  billi din ir-reviżjoni għandha wkoll l-objettiv li tippromwovi s-suq uniku għad-detriment tal-ekonomiji nazzjonali;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tħalli f'idejn l-Istati Membri biex jilleġiżlaw dwar l-aċċessibilità għall-prodotti u s-servizzi għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li l-Istati Membri huma l-awtoritajiet naturali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħhom li għandhom diżabilità, u dan fi sħubija mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi.

 

(1)

  Stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015: "Il-Kummissjoni tipproponi li tagħmel il-prodotti u s-servizzi iżjed aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità".

 

Avviż legali