Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0269/2017Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0269/2017

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar is-silikożi bħala marda okkupazzjonali

4.4.2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Paloma López Bermejo

B8-0269/2017

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-silikożi bħala marda okkupazzjonali

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 9, 151, 153, 156 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Programm Dini tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Qerda tas-Silikożi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi hemm differenzi inaċċettabbli bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent tas-silikożi bħala marda okkupazzjonali;

B.  billi jfakkar li s-silikożi hija problema serja tas-saħħa okkupazzjonali, kif juru diversi każijiet irreġistrati minn ħaddiema Ewropej fis-settur tal-bini minħabba l-esponiment għat-trab tas-silika meta jkunu qed jaqtgħu fix-xott biċċiet tal-kwarz;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-applikazzjoni effettiva u bla xkiel ta' leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tas-silikożi u żżid l-ispezzjonijiet uffiċjali u s-servizzi ta' dijanjosi bikrija;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni xxerred u tikkoordina l-iskambju tal-aħjar prattiki filwaqt li tosserva l-linji gwida u l-prattiki nazzjonali għall-proċeduri nazzjonali ta' rikonoxximent tas-silikożi;

3.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi u tiffinanzja l-istabbiliment ta' fondi nazzjonali li jiżguraw kumpens adegwat għall-vittmi tas-silikożi okkupazzjonali.