MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 397kWORD 47k
1.6.2017
PE605.497v01-00
 
B8-0394/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-pensjoni tal-età tal-Membri tal-Parlament Ewropew


Isabella Adinolfi, Laura Agea, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin, David Borrelli, Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Rosa D'Amato, Eleonora Evi, Laura Ferrara, Giulia Moi, Piernicola Pedicini, Dario Tamburrano, Marco Valli, Marco Zullo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-pensjoni tal-età tal-Membri tal-Parlament Ewropew  
B8-0394/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi reċentement żdiedet l-iskuntentizza taċ-ċittadini fil-konfront tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha;

B.  billi l-miżuri ta' awsterità imposti f'dawn l-aħħar għaxar snin f'ħafna Stati Membri rriżultaw fi tnaqqis sostanzjali fl-infiq pubbliku għall-politiki soċjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-pensjonijiet taċ-ċittadini ordinarji;

C.  billi bħalissa hemm distakk enormi bejn il-privileġġi tal-politiċi u s-sagrifiċċji enormi li mitluba jagħmlu ċ-ċittadini;

1.  Iqis li hemm bżonn reviżjoni tad-Deċiżjoni 2005/684/KE dwar l-Istatut tal-Membri, sabiex jiġi emendat l-Artikolu 14 u jiġi żgurat li d-dritt pensjonistiku tal-Membri tal-Parlament Ewropew ikun allinjat mas-sistemi tas-sigurtà soċjali previsti għaċ-ċittadini ordinarji tal-Istati Membri individwali, kemm fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont kif ukoll fir-rigward tar-rekwiżiti kontributorji u tal-età li jiggarantixxu l-għoti ta' pensjoni;

2.  Jitlob, fid-dawl tal-paragrafu preċedenti, li jiġu kkalkulati mill-ġdid il-pensjonijiet maħruġa mill-baġit tal-UE lill-ex Membri li saru eliġibbli għal dan id-dritt qabel u wara d-dħul fis-seħħ tal-Istatut attwali.

 

Avviż legali