MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 46k
20.6.2017
PE605.546v01-00
 
B8-0433/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar strumenti biex jiġi żgurat l-irkupru psikoloġiku tal-minorenni Sirjani


Stefano Maullu

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar strumenti biex jiġi żgurat l-irkupru psikoloġiku tal-minorenni Sirjani  
B8‑0433/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi matul il-konflitt Sirjan bosta eluf ta' minorenni ġew reklutati minn gruppi armati estremisti, u ħafna drabi bl-użu ta' strumenti ta' theddid u rikatt;

B.  billi sal-lum madwar 2,3 miljun tifel u tifla rifuġjati ntbagħtu fil-Libanu, il-Ġordan, l-Iraq u l-Eġittu, u billi ħafna minnhom għexu għal snin taħt il-madmad tal-gruppi estremisti, u sofrew ħsara psikoloġika u fiżika serja għall-aħħar;

C.  billi l-irkupru psikoloġiku tal-minorenni Sirjani huwa dmir li huwa impost fuqna mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni nnifisha;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal programm speċifiku maħsub għall-irkupru psikoloġiku tal-minorenni Sirjani li għaddew minn esperjenzi trawmatiċi u indottrinazzjoni ideoloġika taħt idejn id-Da'esh u gruppi estremisti oħrajn.

Avviż legali