MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 46k
11.5.2017
PE605.560v01-00
 
B8-0442/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-rakkomandazzjoni li tikkonċerna l-Kodiċi tax-Xogħol u l-paga minima


Sophie Montel

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rakkomandazzjoni li tikkonċerna l-Kodiċi tax-Xogħol u l-paga minima  
B8-0442/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi kull sena, fil-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika tal-Kummissjoni Ewropea jitfasslu rakkomandazzjonijiet li jistabbilixxu t-triq li għandha tiġi segwita u li jorjentaw ir-riformi li jridu jitwettqu mill-Istati Membri fil-qasam ekonomiku u soċjali;

B.  billi, fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2017, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat, fit-22 ta’ Frar 2017, rapport li jivvaluta l-ekonomija Franċiża u li jikkummenta dwar kif tqiesu r-rakkomandazzjonijiet imfassla fl-2016 għall-perjodu 2016/2017;

C.  billi dan r-rapport jenfasizza l-progress sostanzjali fir-rigward tar-Rakkomandazzjoni Nru 2, li hija maħsuba b’mod partikolari biex tnaqqas il-kost tax-xogħol, tiflessibilizza l-liġi tax-xogħol u tillimita ż-żieda fil-paga minima;

D.  billi, madankollu, Franza diġà kkontribwiet b'mod konsiderevoli biex jitnaqqas il-kost tax-xogħol, u kellha suċċess limitat;

1.  Jitlob li jitqiesu possibbiltajiet ekonomiċi oħra, bħal żieda fil-paga minima ogħla mir-rata tal-inflazzjoni;

2.  Jitlob li jiġu abbandunati l-promozzjoni ta’ aktar flessibilità tal-Kodiċi tax-Xogħol jew il-limitazzjoni ta’ pagi, minħabba l-effetti katastrofiċi tagħhom fuq l-ekonomija Franċiża u fuq l-istandard tal-għajxien tal-impjegati Franċiż.

Avviż legali