MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
30.6.2017
PE605.576v01-00
 
B8-0452/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-promozzjoni tal-konsum tal-ħut


Ivan Jakovčić, Jozo Radoš

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni tal-konsum tal-ħut  
B8‑0452/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar l-għażliet tal-konsumatur tal-UE wera li l-konsum tal-frott u l-ħut tal-baħar qed jerġa' jiżdied, bi 42 % tal-Ewropej issa jieklu l-ħut u/jew prodotti tal-akkwakultura d-dar mill-inqas darba fil-ġimgħa;

B.  billi l-maġġoranza tal-konsumaturi indikaw li jixtiequ jippruvaw speċi u prodotti ġodda, li turi l-importanza u l-potenzjal ta' sorsi diversifikati;

C.  billi l-konsum tal-ħut inaqqas b'mod drammatiku l-possibilitajiet ta' mewt minn attakk tal-qalb, itejjeb l-iżvilupp tal-moħħ fit-tfal u jnaqqas it-tixjiħ tal-moħħ;

D.  billi l-ħut jipprovdi kważi 20 % tal-konsum ta' proteini tal-annimali ta' aktar minn 3 biljun ruħ;

E.  billi porzjon ta' 150 g ħut jista' jipprovdi sa 60 % tar-rekwiżiti ta' proteini għal adult ta' kuljum;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jimmobilizzaw il-fondi disponibbli u jniedu kampanja ta' informazzjoni għaċ-ċittadini tal-UE bl-għan li tippromwovi l-valur miżjud tal-konsum tal-ħut, u li tenfasizza l-potenzjal għat-tisħiħ tas-suq intern tal-UE għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Avviż legali