MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 395kWORD 47k
20.6.2017
PE605.577v01-00
 
B8-0453/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-Festival ta' Yulin


Isabella Adinolfi

Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Festival ta' Yulin  
B8-0453/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'Yulin jinqabdu eluf ta' klieb li jiġu soġġetti għal tbatija mill-aktar krudili qabel ma jiġu mbiċċra u mqaxxra ħajjin għall-festival tal-laħam tal-klieb li jsir fil-21 ta' Ġunju;

B.  billi fin-nuqqas ta' farms awtorizzati, jinħatfu klieb li jgħixu fit-triq u ta' spiss jinsterqu wkoll klieb mis-sidien leġittimi tagħhom, u billi l-Festival huwa kemm mezz ta' tixrid ta' mard bħar-rabja u l-kolera, kif ukoll okkażjoni li tieħu vantaġġ minnha l-kriminalità organizzata;

C.  billi, attwalment, iċ-Ċina, flimkien mal-Ewropa, hija kemm pajjiż parteċipanti fl-"Animal Welfare Standards Project" (Proġett dwar Standard tal-Benessri tal-Annimali) immexxi miċ-Ċentru ta' Kollaborazzjoni Reġjonali tal-OIE għax-Xjenza tal-Benessri tal-Annimali, kif ukoll membru tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u għaldaqstant hija marbuta li timplimenta l-linji gwida internazzjonali dwar il-benessri tal-annimali;

D.  billi kull sena eluf ta' persuni madwar id-dinja jieħdu interess personali fil-kwistjoni u jitolbu interventi istituzzjonali sabiex jintemmu dawn l-atroċitajiet inkonċepibbli dokumentati regolarment u sistematikament;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża s-setgħat kollha tagħha sabiex tiżgura li l-istandards tal-benessri tal-annimali, rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, jiġu rrispettati.

 

Avviż legali