MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
29.6.2017
PE605.583v01-00
 
B8-0458/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti eventwali


Lorenzo Fontana

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti eventwali  
B8-0458/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissjoni Ewropea imponiet multa ta' EUR 2,42 biljun fuq Alphabet-Google minħabba abbuż minn pożizzjoni dominanti;

 

B.  billi f'Awwissu tal-2016 il-Kummissjoni Ewropea stess talbet lill-kumpanija Apple tirrimborża lill-Gvern Irlandiż iktar minn EUR 13-il miljun f'taxxi mhux imħallsa;

 

C.  billi, matul dawn l-aħħar snin, f'ċerti Stati Membri seħħew każijiet simili ta' vantaġġi fiskali fir-rigward ta' diversi kumpaniji multinazzjonali;

 

1.     Jinnota l-ħtieġa li l-poter tal-pjattaformi globali jiġi mrażżan, b'mod speċjali fir-rigward tal-privatezza ta' bosta ċittadini Ewropej u fir-rigward tal-kompetizzjoni tal-kumpaniji Ewropej;

 

2.     Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri japplikaw ukoll, għall-kumpaniji multinazzjonali li joperaw fuq l-Internet, u mhux biss, l-istess trattament fiskali bħal dak applikat għall-kumpaniji Ewropej;

 

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm aktar investiment fir-riċerka u t-teknoloġija sabiex fl-Ewropa jiġi żviluppat settur teknoloġiku li kapaċi jikkompeti mal-kumpaniji Amerikani l-kbar.

 

4.     Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mal-prerogattivi mogħtija mit-Trattati, tniedi kemm diskussjoni dwar il-vantaġġi fiskali mogħtija minn xi Stati Membri lil ċerti kumpaniji multinazzjonali, kif ukoll diskussjoni bil-ħsieb li jitrażżan il-poter tal-pjattaformi globali tal-Internet.

 

 

 

Avviż legali