MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 398kWORD 47k
4.7.2017
PE605.605v01-00
 
B8-0478/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


kontra l-integrazzjoni tal-"Patt Fiskali" (Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja) fil-qafas ġuridiku tal-Unjoni Ewropea


Laura Agea, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin, David Borrelli, Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Rosa D'Amato, Eleonora Evi, Laura Ferrara, Giulia Moi, Piernicola Pedicini, Dario Tamburrano, Marco Valli, Marco Zullo

Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew kontra l-integrazzjoni tal-"Patt Fiskali" (Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja) fil-qafas ġuridiku tal-Unjoni Ewropea  
B8-0478/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha mal-kriżi ekonomika, soċjali u politika l-aktar profonda minn mindu ġiet imwaqqfa;

B.  billi din il-kriżi ġiet aggravata minn politiki ta' awsterità li kellhom effetti proċikliċi qawwija u li ġġeneraw livelli insostenibbli ta' qgħad, faqar u inugwaljanzi fil-pajjiżi fil-periferija taż-żona tal-euro;

C.  billi l-politiki monetarji mhux konvenzjonali li kkontribwew għal irkupru ekonomiku fraġli mexjin gradwalment lejn tnaqqis progressiv;

D.  billi sa mill-bidu tal-2018, l-Istati Membri se jkollhom jiddeċiedu dwar l-integrazzjoni tal-hekk imsejjaħ "Patt Fiskali" fl-ordni ġuridiku tal-UE, li jfisser li n-nuqqas ta' rispett tar-restrizzjonijiet baġitarji se jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

E.  billi l-"Patt Fiskali" jobbliga lill-gvernijiet jadottaw objettivi ta' baġit teknikament mhux realistiċi u mhux sostenibbli mil-lat ekonomiku, politiku u soċjali;

1.  Isostni li l-limitazzjonijiet ta' baġit previsti fil-"Patt Fiskali" jikkundannaw lill-Istati Membri jadottaw miżuri ta' awsterità aktar drastiċi, u b'hekk jiffavorixxu r-reċessjoni u l-iskuntentizza taċ-ċittadini lejn l-UE;

2.  Jopponi l-integrazzjoni tal-"Patt Fiskali" fil-qafas ġuridiku tal-UE;

3.  Jistieden lill-Istati Membri biex iħassru u jirrinnegaw b'mod kumplessiv il-limitazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji li jirriżultaw mill-qafas ta' governanza ekonomika.

 

Avviż legali