MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
26.6.2017
PE605.606v01-00
 
B8-0479/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħarsien tal-Mozzarella di Bufala Campana DOP


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien tal-Mozzarella di Bufala Campana DOP  
B8‑0479/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  wara li kkunsidra li l-Mozzarella di Bufala Campana DOP (minn hawn 'il quddiem "MBC DOP") hija tip ta' ġobon frisk tat-tip pasta filata, prodott skont speċifikazzjoni rigoruża skont ir-Regolament (KEE) Nru 2081/1992 b'valenza ġuridika ta' ambitu Ewropew u dan l-aħħar, skont ir-Regolament (KE) Nru 103/2008, reġa' ġie kkonfermat u reġistrat bħala regola produttiva obbligatorja, skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel;

B.  billi fl-4 ta' Mejju 2017 l-assemblea tal-konsorzju MBC DOP iddeliberat proposta ġdida għal modifika, bi 18-il punt ta' modifika, u fost dawn il-modifiki hemm previst: l-imballaġġ u l-bejgħ tal-MBC PDO f'temperaturi inqas minn -18-il grad ċentigradi; ir-realizzazzjoni tal-hekk imsejħa "filoni" (rombli) ta' 1 kg; l-użu mhux biss ta' misħun jagħli għall-produzzjoni tal-baqta mqattgħa frak, iżda wkoll l-użu tal-fwar, li huwa utli u neċessarju biex idewweb il-prodotti ffriżati;

1.  Jistieden lill-Parlament jattiva kull inizjattiva utli biex titħares il-kwalità għolja tal-Mozzarella di Bufala Campana DOP u b'mod partikolari timblokka kull modifika tal-ispeċifikazzjoni tal-produzzjonijiet attwalment fis-seħħ.

Avviż legali