MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
12.7.2017
PE605.608v01-00
 
B8-0481/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-annessjoni tal-ilmijiet territorjali tas-Saħara tal-Punent mir-Renju tal-Marokk


Lidia Senra Rodríguez, Paloma López Bermejo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-annessjoni tal-ibħra territorjali tas-Saħara tal-Punent mir-Renju tal-Marokk  
B8‑0481/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta' Diċembru 2016 dwar l-applikazzjoni territorjali tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-dritt internazzjonali ma jirrikonoxxi ebda sovranità jew ġurisdizzjoni tal-Marokk fuq l-ilmijiet territorjali tas-Saħara tal-Punent, fin-Nofsinhar tal-latitudni 27° 40' N, kif huwa ddikjarat fil-Karta tan-NU u fl-UNCLOS u stabbilit fl-Opinjoni Konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar is-Saħara tal-Punent, tal-1975, u l-opinjoni legali tan-NU tal-2002;

B.  billi fis-6 ta' Lulju li għadda l-Gvern tal-Marokk approva digriet biex jiddelimita l-fruntiera marittima tiegħu quddiem il-Gżejjer Kanarji u jinkorpora l-baħar tas-Saħara tal-Punent mal-ibħra territorjali tal-Marokk;

1.  Jikkundanna din id-deċiżjoni illegali tar-Renju tal-Marokk;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tinforza s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, u teskludi s-Saħara tal-Punent mill-ftehimiet tagħha mal-Marokk.

Avviż legali