MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 47k
13.6.2017
PE605.609v01-00
 
B8-0482/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-problema tat-tniġġis fil-Baħar Mediterran


Joëlle Mélin

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-problema tat-tniġġis fil-Baħar Mediterran  
B8-0482/2017

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Barċellona(1) u l-Protokoll tal-ICZM(2);

–  wara li kkunsidra s-sħubija Ewro-Mediterranja(3);

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi n-numru ta’ partikoli tal-plastik fil-Mediterran huwa stmat għal 250 biljun u li 80 % tat-tniġġis jiġi mill-iskart muniċipali, id-dranaġġ u tniġġis ieħor minn sorsi fuq l-art;

 

B.  billi l-ġlieda kontra s-sorsi ta’ tniġġis hija parti mill-għanijiet ta’ Orizzont 2020;

 

C.  billi l-awtoritajiet lokali mhumiex marbuta mill-Protokoll ICZM;

 

D.  billi d-WFP(4) wera s-siwi tiegħu permezz tal-RAC/PAP(5) f’każijiet ta’ emerġenza;

 

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-għarfien u l-iżvilupp tal-Protokoll ICZM biex isir awtorità vinkolanti għall-Istati madwar il-Mediterran, billi jingħatawlu b’mod partikolari r-riżorsi tekniċi u umani biex jilħaq l-ambizzjoni inizjali tiegħu;

 

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi komponent ekoloġiku għas-Sħubija Ewro-Mediterranja;

 

3.  Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” għat-tniġġis li joriġina mill-art;

 

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

(1)

Konvenzjoni adottata fl-1976 u emendata fl-1995

(2)

Protokoll ta’ ġestjoni integrata taż-żona kostali

(3)

Sħubija msaħħa u mwessa’ tal-Unjoni għall-Mediterran

(4)

Pjan ta’ Azzjoni għall-Mediterran

(5)

Ċentru ta’ Attivitajiet Reġjonali tal-programm ta’ azzjonijiet prijoritarji

Avviż legali