MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 46k
14.7.2017
PE605.612v01-00
 
B8-0485/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tfal vittmi ta' vjolenza u moħqrija fl-Ewropa


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tfal vittmi ta' vjolenza u moħqrija fl-Ewropa  
B8‑0485/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-organizzazzjoni Telefono Azzurro ONLUS, li taqbeż għad-drittijiet tat-tfal, dan l-aħħar ippubblikat ir-rapport "Abuso sessuale e pedofilia" (L-isfruttament sesswali u l-pedofilija), li fih jingħad li 18-il miljun tifel u tifla kienu vittmi ta' abbuż sesswali fl-Ewropa fl-2016;

B.  billi skont il-linji telefoniċi "Emergenza Infanzia" u "Telefono Azzurro", li jirrispondu għas-sejħiet għall-għajnuna mingħand tfal u adolexxenti vittmi ta' vjolenza, mill-2015 għall-2016 l-għadd ta' każijiet irrappurtati żdied;

C.  billi l-forom ta' vjolenza kontra t-tfal u l-adolexxenti qed jiżdiedu dejjem iżjed u llum qed jinfirxu anke permezz tal-internet;

D.  billi skont l-Artikoli 19 u 34 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, dawn għandhom jiġu mħarsa minn kull forma ta' vjolenza, abbuż u moħqrija;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-miżuri kollha possibbli biex tiġi miġġielda kull forma ta' vjolenza fuq it-tfal;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproteġi lit-tfal u l-adolexxenti fl-Ewropa, anke permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet li jaqbżu għad-drittijiet tat-tfal.

Avviż legali