MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 46k
18.7.2017
PE605.614v01-00
 
B8-0487/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-perikli għas-saħħa mill-użu ta’ tagħmir ta’ smurija tal-ġilda artifiċjali


Mireille D'Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-perikli għas-saħħa mill-użu ta’ tagħmir ta’ smurija tal-ġilda artifiċjali  
B8-0487/2017

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont studju reċenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-esponiment għar-raġġi ultravjola (UV) u apparat ta’ smurija tal-ġilda artifiċjali (bħal pereżempju solarji) għal skopijiet kożmetiċi żied l-inċidenza tal-kanċer tal-ġilda u baxxa l-età tal-bidu ta’ din il-marda;

B.  billi, sa mill-2009, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) ikklassifikat l-espożizzjoni għas-solarji li jemettu r-raġġi ultravjola bħala “karċinoġeni” u li dan bħalissa huwa responsabbli għal kważi 500 000 każ ta’ kanċer fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Awstralja;

C.  billi l-użu tas-solarji fih riskji oħra għas-saħħa, bħall-ħruq, it-tixjiħ aċċellerat, infjammazzjonijiet tal-ġilda, tal-għajnejn u d-dgħajfien tas-sistema immunitarja;

1.   Jistieden lill-Kummissjoni  tinkoraġġixxi inizjattivi biex titqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi dwar ir-riskji għas-saħħa mill-użu tas-solarji u dwar il-ħtieġa li dan jiġi limitat għal skopijiet mediċi;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta’ restrizzjonijiet ta’ aċċess għal dan l-apparat abbażi tal-età, it-tip ta’ ġilda, il-ħin ta’ esponiment jew l-istat tas-saħħa tal-persuni.

Avviż legali