MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
11.6.2017
PE605.618v01-00
 
B8-0490/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar in-nuqqas ta' trasparenza fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Kummissjoni


Sophie Montel

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-nuqqas ta' trasparenza fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Kummissjoni  
B8‑0490/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-NGO Spanjola Access Info ppubblikat l-ewwel konklużjonijiet ta' stħarriġ dwar is-somom kbar ta' flus li jonfqu l-Kummissarji waqt il-vjaġġi tagħhom;

B.  billi bejn Jannar u Frar 2016, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Kummissarji kienu jammontaw għal EUR 550 000, u li, pereżempju, il-fattura għas-Sur Juncker ta' vjaġġ ta' jumejn f'Ruma bil-ġett privat kienet ta' EUR 26 000;

C.  billi, minkejja d-diversi talbiet taċ-ċittadini, il-Kummissjoni tirrifjutta li tippubblika l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għas-sena kollha;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza sħiħa rigward l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Avviż legali