MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 47k
20.7.2017
PE605.619v01-00
 
B8-0491/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-rappurtar u l-prevenzjoni tat-traffikar illegali ta' plejers tal-futbol minorenni


Lorenzo Fontana

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rappurtar u l-prevenzjoni tat-traffikar illegali ta' plejers tal-futbol minorenni  
B8-0491/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-investigazzjonijiet reċenti tal-awtoritajiet Taljani rigward it-"traffikar" ta' plejers tal-futbol minorenni mill-Afrika;

B.  billi hemm ukoll diversi testimonjanzi ta' plejers tal-futbol u operaturi fis-settur maħruġa matul is-snin lill-BBC u mezzi oħra tal-midja biex jiddenunzjaw dawn il-prattiki illegali;

C.  billi kien hemm żieda esponenzjali fil-flussi migratorji mill-Afrika lejn l-Italja u r-riskji li jiffaċċjaw ħafna immigranti żgħażagħ;

D.  billi l-isfruttament tal-minorenni għal skopijiet ta' profitt fl-isport, b'mod ċar, imur kontra l-prinċipji stabbiliti mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

1.  Jirrimarka l-ħtieġa li jitwettqu kontrolli bil-għan li jivverifikaw il-veraċità u l-iskala tal-fenomenu tal-frodi sportiv li jinvolvi minorenni minn barra l-UE;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-Istati Membri li jikkontrollaw u jwaqqfu d-dħul illegali fit-territorji tagħhom permezz ta' dokumentazzjoni u passaporti b'dettalji foloz;

3.  Jissottolinja l-ħtieġa għal aktar attenzjoni min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-istituzzjonijiet sportivi dwar din il-kwistjoni u għal kontroll effikaċi biex jiġi evitat it-traffikar ta' plejers tal-futbol minorenni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mal-prerogattivi mogħtija mit-Trattati, tagħti bidu għal diskussjoni biex issib soluzzjonijiet għall-problema.

Avviż legali