MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 47k
24.8.2017
PE605.620v01-00
 
B8-0492/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-finanzjament ta' proġetti barranin u favur il-migranti


Dominique Martin

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-finanzjament ta' proġetti barranin u favur il-migranti  
B8‑0492/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, għax-xahar ta' Mejju biss, l-Unjoni Ewropea pprovdiet aktar minn EUR 7 miljun f'għotjiet soċjali;

B.  billi, minn dawn is-7 miljun euro, EUR 2 miljun ingħataw għal-korsijiet tat-tisjir "etniku" għal migranti qiegħda, EUR 2 miljun għall-"migranti" u EUR 3 miljun għal sussidji lil gruppi ta' lobbying soċjali;

C.  billi, fl-istess waqt, l-Unjoni Ewropea qed issegwi loġika ta' awsterità filwaqt li tiddeskrivi s-sitwazzjoni tal-baġit tagħha bħala waħda allarmanti;

D.  billi, minkejja l-irkupru ħafif u fraġli mill-"kriżi", il-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali għadhom qed iġibu qerda madwar is-27 Stat Membru tagħna;

E.  billi hija gidba l-impressjoni li tingħata lill-migranti, li huma jistgħu jakkwistaw xogħol fejn il-persuni indiġeni ma jsibux;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni ma tkomplix tiffinanzja proġetti barranin u favur il-migranti, iżda minflok tiffoka fuq il-finanzjament ta' proġetti li jtejbu l-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi taċ-ċittadini Ewropej;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-użu tajjeb tal-fondi pubbliċi filwaqt li tiżgura, f'termini kwantifikabbli, li l-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni jħallu l-effett mixtieq.

Avviż legali