MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 47k
1.8.2017
PE605.640v01-00
 
B8-0500/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar id-drittijiet tal-pazjenti fir-rigward tat-tilqim


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tal-pazjenti fir-rigward tat-tilqim  
B8-0500/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Gvern Franċiż ħabbar li jixtieq jagħmel obbligatorji ħdax-il tilqima għat-tfal ta' taħt is-sentejn, bir-riżultat li Franza ssir wieħed mill-pajjiżi l-aktar restrittivi tal-Ewropa f'dan il-qasam;

B.  billi skont l-Artikolu L3116-4 tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika, hi prevista piena ta' sitt xhur ħabs u multa ta' EUR 3 750 għal min jirrifjuta li jissottometti għall-obbligi tat-tilqim lilu nnifsu jew lil dawk li fuqhom jeżerċita l-awtorità ta' ġenitur jew tutur;

C.  billi ħmistax-il Stat Membru ma jimponu ebda obbligu ta' tilqim fuq iċ-ċittadini tagħhom, u li wħud minnhom saħansitra jipprevedu dritt għal oġġezzjoni ta' kuxjenza u li minkejja dan, dawn il-pajjiżi għandhom rata ta' kopertura tat-tilqim suffiċjenti;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, fir-rigward tat-tilqim, l-Artikoli 3, 7 u 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' prekawzjoni f'każ ta' riskji serji ta' effetti sekondarji ta' ċerti tilqimiet;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni bi prijorità fir-rigward tal-kawżi profondi taż-żieda ta' ċertu mard fl-Ewropa, u titfa' enfasi fuq il-pedagoġija aktar milli fuq il-koerċizzjoni.

 

Avviż legali