MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 46k
31.8.2017
PE605.643v01-00
 
B8-0501/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-Task Force Ewropea l-ġdida kontra l-aħbarijiet foloz (fake news)


Nicola Caputo

Proposta ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-Task Force Ewropea l-ġdida kontra l-aħbarijiet foloz (fake news)  
B8‑0501/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, Mariya Gabriel, dwar il-ħolqien ta' Task Force Ewropea biex tiġġieled il-fenomenu tal-aħbarijiet foloz, bil-għan li toħloq approċċ komuni fil-livell Ewropew, b'tali mod li tarmonizza l-azzjonijiet tal-Istati Membri individwali;

B.  billi l-esperjenza tal-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati kontra d-diżinformazzjoni u tal-gruppi ta' pressjoni, fl-Ewropa u barra minnha, li, b'mod ġenerali, kisbu riżultati mhux sodisfaċenti jew limitati biss għal ċerti aspetti tal-problema;

C.  billi s-sensibbiltà magħrufa tat-temi soġġetti għal aħbarijiet foloz, li ħafna drabi jkunu marbuta ma' ksenofobija, nazzjonaliżmu u Iżlamofobija, kif ukoll ir-rilevanza kulturali tal-fenomenu;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni taħdem b'mod determinat fuq qafas leġiżlattiv ġdid dwar l-aħbarijiet foloz u d-diskors ta' mibegħda, u tinkludi forma ta' responsabbiltà tal-operaturi tal-pjattaforma online li tirrispetta l-libertà tal-espressjoni iżda li ma teżonerax lill-fornitur mill-kontrolli meħtieġa u teknikament possibbli.

Avviż legali