MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 396kWORD 47k
4.9.2017
PE605.647v01-00
 
B8-0504/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-twaqqif tar-"Reġjun Ewropew tat-Turiżmu Sostenibbli tas-Sena" (REstA)


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif tar-"Reġjun Ewropew tat-Turiżmu Sostenibbli tas-Sena" (REstA)  
B8-0504/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-turiżmu sostenibbli jindika mod ta' vvjaġġar konxju tal-impatt ekonomiku, soċjali, ambjentali preżenti u futur, li jikkunsidra l-bżonnijiet tal-viżitaturi, tal-industrija, tal-ambjent u tal-komunitajiet ospitanti (Making Tourism More Sustainable - A Guide for Policy Makers, UNEP and UNWTO, 2005, pp. 11-12);

B.  billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU ddikjarat is-sena 2017 bħala s-"Sena Internazzjonali tat-Turiżmu Sostenibbli", filwaqt li rrikonoxxiet li din tal-aħħar ixxerred il-konsapevolezza tal-wirt kbir tal-varji ċivilizzazzjonijiet, twassal għal apprezzament akbar tal-valuri intrinsiċi tad-diversi kulturi u konsegwentement tippromwovi t-tisħiħ tal-paċi fid-dinja (riżoluzzjoni A/RES/70/193);

C.  billi fl-2015 l-Ewropa kienet ir-reġjun bl-aktar tkabbir rapidu f'termini assoluti, b'27 miljun turist aktar mill-2014 (UNTWO Tourism Highlights, 2016);

D.  billi l-bliet, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet Ewropej huma pilastri fundamentali għall-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli u kompetittiv (Taleb Rifai, Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu, Brussell, 7 ta' Diċembru 2016);

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-twaqqif tar-"Reġjun Ewropew tat-Turiżmu Sostenibbli tas-Sena" (REstA) u tipprevedi fond li jinċentiva l-ħolqien ta' perkorsi ta' turiżmu sostenibbli fi ħdan reġjun tal-UE fuq bażi annwali.

 

Avviż legali