MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 387kWORD 47k
7.9.2017
PE605.648v01-00
 
B8-0505/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħamrija


Nicola Caputo

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħamrija  
B8-0505/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-appell li sar minn People4Soil, in-netwerk Ewropew ta' 550 NGO, istituzzjoni ta' riċerka, assoċjazzjoni ta' bdiewa u grupp ambjentalist, żviluppat biex jippromwovi inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (ECI) bl-għan li tiddaħħal leġiżlazzjoni speċifika dwar il-ħamrija fl-Ewropa;

B.  billi, sal-lum, il-ħamrija mhijiex soġġetta għal sett koerenti ta' regoli fl-UE; billi l-proposta għal direttiva qafas dwar il-ħamrija ġiet irtirata f'Mejju tal-2014 wara tmien snin ta' mblukkar min-naħa ta' minoranza ta' Stati Membri u l-politiki Komunitarji eżistenti f'setturi oħra mhumiex biżżejjed biex jiggarantixxu livell adegwat ta' protezzjoni għall-ħamrija kollha fl-Ewropa;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas leġiżlattiv li jħares il-ħamrija Ewropea billi jinkludi t-theddidiet ewlenin għall-ħamrija (erożjoni, impermeabbilizzazzjoni, telf ta' materjal organiku, telf ta' bijodiversità u kontaminazzjoni);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra fil-politiki Ewropej l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ħamrija;

3.  Jitlob ukoll lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ħamrija bħala wirt komuni li jeħtieġ protezzjoni fil-livell tal-UE, peress li tipprovdi benefiċċji essenzjali marbuta mal-benesseri tal-bniedem u mar-reżiljenza ambjentali.

 

Avviż legali